Kompetizzjoni għal Kitba ta’ Poeżija fuq is-Siġġiewi

L-istudenti fir-4, 5 u 6 sena qed jiġu mħeġġa biex jieħdu sehem f’kompetizzjoni għal kitba ta’ poeżija fuq is-Siġġiewi.  Din hija inizjattiva tal-kunsill lokali magħmula speċifikament għall-istudenti l-kbar tal-iskola tagħna. Ser jintgħażel rebbieħ/a minn kull sena.  Dawn ser jiġu premjati matul serata imtella’ mill-Kunsill Lokali nhar Jum is-Siġġiewi.

L-aħħar jum li fih jistgħu jiġu sottomessi l-poeżiji huwa nhar it-23 ta’ Frar. Ir-rebbieħa ser jintgħażlu minn kummissjoni apposta, imqabbda mill-Kunsill Lokali.

Il-Kriterji huma dawn:

  1. li tkun poeżija bil-Malti – bir-rima jew bla rima;
  2. li tkun xogħol it-tfal – ftit gwida ma tagħmilx ħsara
  3. l-ewwel ma tiekol l-għajn, għaldaqstant inħeġġukom biex tippreżentawha b’mod pulit u li tolqot ‘l-għajn;
  4. it-tema tal-poeżija trid tkun marbuta mas-Siġġiewi.
Advertisements
Categories: Class Activities, Classroom News, School Activities | Leave a comment

Post navigation

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Blog at WordPress.com.

%d bloggers like this: