Ħarġa sal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

It-tfal tar-raba’ sena lbieraħ żaru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Huma attendew għal dawn l-attivitajiet li ġew organiżżati apposta għat-tfal:

  • Paddy Boon: Produzzjoni teatrali oriġinali għall-istudenti tal-Primarja imtella’ mill-għalliema tad-drama. X’inhu l-aħjar? Il-ktieb jew it-tablet? Naraw u niddiskutu! 

  • Making Literacy Come Alive: Attivita’ edukattiva imtella miċ-ċentru tal-Litteriżmu.

  • The Magic Finger: Produzzjoni teatrali ibbażata fuq il-ktieb ta’ Roald Dahl imtella’ mill-Kulleġġ Santa Klara Primarja San Ġiljan.

  • L-istorja tal-qtates: Mima imtella’mill-Kulleġġ Santa Klara Primarja Sliema.

  • Hrejjef bil-pupazzi: Rakkontar ta’ ħrafa miktuba minn Trevor Żahra.

Din tassew kienet esperjenza sabiħa għalina lkoll u nissuġġerixxi sabiex tmorru l-festival u żżuru l-istands mal-famijari tagħkom fi tmiem il-ġimgħa. Għal iżjed informazzjoni inżlu iżjed l-isfel.

Ms Claudine

Click to play this Smilebox slideshow

Create your own slideshow - Powered by Smilebox

This free slideshow design generated with Smilebox

_________________________________________________________

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-fiera tal-ktieb ser issir bejn l-Erbgħa 13 ta’ Novembru u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Meditterran, il-Belt Valletta. Sabiex nimmarkaw l-aspett inklussiv u olistiku ta’ dan l-avveniment prestiġjuż, il-fiera tal-ktieb ser issir taħt it-titlu “Festival Nazzjonali tal-Ktieb”. 

Bħalma jsir kull sena, matul dan l-avveniment il-pubblikaturi, l-awturi u l-ħwienet tal-kotba ser jesebixxu u jbiegħu l-materjal tagħhom. Din is-sena, diversi parteċipanti ġodda jinkludu Għaqdiet Non-Governattivi bħall-Għaqda tal-Malti, l-Għaqda Poeti Maltin, il-Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u entitajiet oħrajn bħal b’mod speċjali l-Ambaxxata Franċiża. 

Matul il-Festival ser jittellgħu diversi attivitajiet mill-pubblikaturi u l-awturi waqt li l-KNK ser ikun qed itella’ diversi attivitajiet bħal diskussjonijiet fuq oqsma u aspetti differenti tad-dinja tal-ktieb. F’din is-sena, il-KNK ser ikun qiegħed ukoll iniedi ġurnal letterarju mmirat biex jagħti pjattaforma għall-kittieba emerġenti u mhux ippubblikati. Matul il-ġimgħa, ser ikunu qed jittellgħu diversi attivitajiet għat-tfal tal-iskejjel mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u entitajiet oħra bħaċ-Ċentru għal-Litteriżmu tal-Università taʼ Malta. Matul is-Sibt u l-Ħadd il-programm ta’ attivitajiet huwa mimli daqs bajda b’inizjattivi mmirati għal persuni ta’ kull età. Għall-programm sħiħ idħlu hawn

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa miftuħ għall-pubbliku u kulħadd mistieden biex jipparteċipa fl-attivitajiet li ħa jkunu qed jittellgħu. 

Advertisements
Categories: Classroom News, Outings | Leave a comment

Post navigation

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Blog at WordPress.com.

%d bloggers like this: